Kif
tniżżel u tinstalla l-app MultiLing Keyboard fuq smartphone tas-sistema Android
L-App MultiLing Keyboard hija programm żgħir
li tista’ tinstallah fuq kwalunkwe apparat li jaħdem bl-operating system Android (smartphones
u tablets). Dan il-programm jista’
joħloq tastiera virtwali li tinkludi fiha l-ittri tal-alfabett Malti. L-App
hija bla ħlas u tista’ tniżżilha mill-Play Store.
1.
Mill-Home Screen agħżel Play
Store.
2.
Fil-kaxxa tas-Search ittajpja
“multiling” u agħżel Enter.
3.
L-app MultiLing Keyboard għandha tidher l-ewwel fil-lista. Agħżel lilha.
4.
Agħżel Install.
5.
Agħżel Accept.
6.
F’qasir żmien l-app se tidher
fil-Home Screen. Agħżilha.
7.
Se jidhru l-ewwel istruzzjonijiet.
Ittappja fuq il-buttuna Don’t show this
message again biex tixgħelha u OK.
8.
Agħżel 1. Enable MultiLing.
9.
Biex tibda taħdem l-app kaxkar
il-buttuna Off lejn il-lemin, sakemm
tidher On.
10. Mur lura għall-iskrin ta’ qabel billi tagħfas il-buttuna tal-vleġġa fuq
ix-xellug isfel nett tal-apparat (taħt l-iskrin). Minn hawn agħżel 2. Switch IME to MultiLing biex
it-tastiera ta’ MultiLing tibda tidher minflok it-tastiera oriġinali
tal-apparat.
11.
Mis-Select Input Method li jidher, agħżel MultiLing keyboard (are li l-buttuna tagħha tkun mixgħula).
12. Mur lura għall-menù ewlieni u agħżel Enable Languages. Ixgħel il-buttuna għal Maltese u itfi dawk ta’ lingwi oħra li m’intix biħsiebek tuża.
It-tastiera tidher kull darba li tkun trid
tikteb xi messaġġ. Biex taqleb għall-Malti, mexxi subgħajk fuq l-ispacebar
sakemm tidher Maltese fuqha. Meta tibgħat messaġġ lil xiħadd b'dan il-mod, il-persuna se taqra l-alfabett Malti anki jekk m'għandhiex il-MultiLing installata fuq l-apparat tagħha.
Kif
iġġib l-ittri Maltin: l-ewwel metodu
13. Biex tuża l-ittri Maltin, żomm subgħajk fuq l-ittra Ingliża u stenna
sakemm tidher kaxxa bl-għażliet. Il-verżjoni tal-ittra Maltija għandha tidher
fil-kaxxa tal-għażliet. Agħżel lilha.
Kif
iġġib l-ittri Maltin: it-tieni metodu
14. Agħżel l-ittra Ingliża u wara agħżel it-tast tat-tikka (fuq il-lemin
tal-ittra L) jew l-overscore (fuq il-lemin tal-ittra P). Innota li dawn iż-żewġ
karattri mhumiex punt (fullstop) u sing (hyphen).
Kif
iġġib il-vokali aċċentati
15. Ittajpja l-ittra li trid tiġi aċċentata.
16. Agħżel it-tast bin-numri 123
u x-xbiha tal-mikrofonu.
17. Agħżel it-tast ALT.
18. Agħżel l-aċċent (it-tieni tast mix-xellug tal-ewwel filliera). L-ittra
issa għandha tidher aċċentata.
F'posta li jmiss se nitkellem dwar tastiera virtwali simili għall-iPhone u l-iPad.
F'posta li jmiss se nitkellem dwar tastiera virtwali simili għall-iPhone u l-iPad.
Niżżilt it-tastiera tal-Malti fuq l-android imma lil min nibgħat l-sms għandu u m'għandux it-tastiera tal-multiling mhux qegħdin jaslu bil-fonts tal-Malti...x'inhi l-problema please?
ReplyDeleteDoreen,
DeleteIl-Multiling stjat nippruvaha fuq xi tlitt mudelli differenti ta' smartphones bl-Android, u kull darba li ppruvajtha ħadmet sew. Ta' min jgħid ukoll li persuni li kellhom dawn l-ismartphones lanqas kellhom bżonn jinstallaw il-Multiling - u ħadmet xorta.
Għaldaqstant qed nissuspetta li x'aktarx il-mudell tal-ismartphone - jew il-verżjoni tal-Android operating system - li forsi huma r-raġuni tal-problema.
Lil dawk il-persuni li nstallaw l-app imma xorta mhux qed jirċievu SMSs bil-Malti sewwa nissuġġerilhom jiċċekkjaw x'verżjoni ta' OS għandhom. L-ismartphone kemm hu antik? Jista' jkun li ma jiħux l-aktar OS reċenti - jew l-OS tiegħu mhix aġġornata għall-aktar waħda reċenti.
Sfortunatament din hija l-unika raġuni li qed naħseb fiha.
Jiena l-ismartphone tiegħi huwa samsung galaxy s3 mini u anke pruvjat fuq samsung galaxy tablet li huwa iżjed antik minn tiegħi u bagħtuli sms bit-tablet u jiena xorta irċevejthom bis-sinjali flok maltese fonts. Jista' jkun għax jiena xħin mort infittex l-app kelli tnejn qishom l-istess u jien għażilt l-ewwel app kif kien hemm miktub issa nipprova nerġa nagħmel uninstall u nagħmel install l-ewwel waħda forsi taħdem hekk.
ReplyDeleteGrazzi tat-tagħrif Doreen. Napprezzaha jekk tibgħat tgħidilna kif tibqa'...
ReplyDelete