Waħda mill-problemi li qarrej tal-provi jista’
jkollu tkun meta ma jkunx ċert dwar il-konjugazzjoni ta’ verb partikolari.
Minħabba l-inflessjonijiet differenti li jkun hemm wieħed jista’ jiġi fid-dubju
dwar fejn taqa’ akka jew għajn xi mkien f’kelma.
Dizzjunarju mhux dejjem se jsolvi din
il-problema, u ftit li xejn hawn kotba li jaħdmulek l-inlfessjonijiet kollha
possibbli li jistgħu jinqalgħu minn verb (hemm minnhom li għandhom eluf).
John J. Camilleri ħoloq programm elettroniku
li jista’ jagħmel dan. Għalkemm il-proġett għadu mhux komplut, diġà jħaddan fih
eluf ta’ kliem, fosthom verbi, li l-inlfessjonijiet tagħhom huma ġġenerati
awtomatikament mill-kompjuter – naturalment skont ħażna ta’ informazzjoni dwar
kif jaħdmu l-konjugazzjonijiet partikolari.
Il-programm jismu Il-Ġabra, u jagħmel parti minn proġett aktar ambizzjuż, il-Maltese Language Resource Server (MLRS), xogħol tal-Istitut
Lingwistiku u tad-Dipartiment tal-ICS (Intelligent
Computer Systems) tal-Università ta’ Malta.
Il-ħolqa għas-sit hija din:
Hawn taħt nistgħu naraw eżempju ta’ kif Il-Ġabra tista’ tgħin lill-qarrej
tal-provi. Nagħmlu mod li għandek dubju dwar l‑ortografija tal‑kelma kissirhieli.
1.
Idħol fis-sit tal-Ġabra.
M’għandekx għalfejn tirreġistra.
2.
Fil-kaxxa tas-Search daħħal
il-verb: kisser
3.
Osserva li għandek il-buttuni biex
iddaħħal l-ittri Maltin. Dawn qegħdin għal min m’għandux il-Malti nstallat
fis-sistema operattiva u l-browser tal-internet mhux issettjat għall-UTF-8/16.
4.
Ikklikkja l-buttuna Search.
5.
Se jitilgħu l-ewwel ftit
riżultati. Fil-każ tagħna jurik li hemm 429 każ ieħor. Ikklikkja more matches
biex tara l-lista sħiħa.
6.
Issa biex insibu l-kelma li rridu
eżatt hemm bżonn inkunu nafu l-elementi kollha tagħha. Fil-każ tagħna huma
dawn:
•
Kissirli l-karozza = Kisser
il-karozza lili =
•
>Kisser - it-tielet persuna singular maskil pożittiv
•
>il-karozza - it-tielet persuna femminil singular
•
>lil
•
>(jiena) - l-ewwel persuna
singular
7.
Dawn għandna bżonn nidentifikawhom
sew biex il-Ġabra juża sistema ta’ eliminazzjoni, sakemm jasal għall-kelma
waħda li tinteressana.
8.
Fis-sezzjoni tal-Word forms nibdew
indaħħlu l-elementi wieħed wieħed:
•
Aspect = Perf
•
Subject = P3 Sg Masc
•
Direct object = P3 Sg Fem
•
Indirect object = P1 Sg
•
Polarity = Pos
9.
Il-kelma li se tibqa’ hija
kisserhieli
Kif wieħed jista’ jara l-programm għad għandu
bżonn xi tiswijiet żgħar billi huwa awtomatizzat, u jista’ jkun ukoll li għad
hemm xi każijiet ta’ kliem nieqes. Ix-xogħol fuqu għadu għaddej u għalkemm
bħalissa għandu ħażna ta’ aktar minn 10,400 kelma, il-lista għadha qed tikber.
Minkejja dan huwa ċertament ta’ għajnuna kbira
għal min jista’ jkollu xi dubju dwar ortografija jew il-konjugazzjoni ta’ xi
verb.
No comments:
Post a Comment