Hemm min saqsieni kif ikun jista’ jaħżen
il-vidjolezzjonijiet fuq il-kompjuter biex ma joqgħodx jitla’ kull darba
fis-sit tal-YouTube.
Biex tkun tista’ tniżżel u taħżen (jew
tissejvja) vidjo minn YouTube għandek bżonn programm li jkun jista’ jidentifika
l-fajl tal-vidjo fuq il-paġna elettronika u minn hemm jikkupjah fuq il-hard disk tal-kompjuter.
Programm tajjeb ħafna għal dan huwa
l-KeepVid. Fil-fatt, għalkemm tista’ tniżżlu bħala programm għalih, is-servizz,
li huwa b’xejn, jista’ jintuża minn fuq is-sit innifsu.
(1) Iftaħ il-paġna tal-YouTube fejn jidher
il-vidjo li trid taħżen.
(2) Fl-address
bar għandu jidher l-indirizz tal-paġna YouTube. Agħżel (highlight) l-indirizz kollu, u
bil-buttuna tal-lemin agħżel Copy.
(3) Waqt li l-vidjo ikun għaddej, iftaħ tieqa
oħra fil-browser u ttajpja dan
l-indirizz fl-address bar:
(4) Issa li għandek is-sit tal-KeepVid
miftuħ, fejn muri daħħal l-indirizz tal-paġna YouTube billi tagħżel Paste.
(5) Ikklikkja l-buttuna Download.
(6) Agħti ftit ċans lil KeepVid jipprepara
l-proċess. Dan jaħdem bil-Java, u jista’ jkollok bżonn tinstalla l-Java fuq
il-kompjuter biex ikun jista’ jlesti l-operazzjoni. Meta jgħidlek, ikkonferma.
Ikkonferma wkoll il-messaġġ li jistaqsik tridx tħaddem programmi mis-sit
tal-KeepVid, u kklikkja Run.
(7) F’qasir żmien għandek issib lista ta’
formati differenti li fihom tista’ tniżżel il-fajl. Għall-aħjar kwalità
nissuġġerixxi l-format MP4. Jekk għandek aktar minn MP4 wieħed x’tagħżel, agħżel
dak li għandu l-akbar daqs (ġeneralment 720p). Ikklikkja fuqu.
(8) Tiftaħ it-tieqa biex tkun tista’ tagħżel
fejn trid taħżen il-fajl.
Biex tara l-vidjos fuq il-kompjuter tiegħek
tista’ tuża kemm il-Windows Media Player kif ukoll il-VLC Media Player. Hemm ħafna programmi
oħra b’xejn li huma tajbin ukoll.
No comments:
Post a Comment