Qari tal-provi ta’ dokumenti PDF
8: Biddel id-dehra tal-Markups fir-Reader DC
Bħalma rajna, il-markups li jidhru fuq paġna ta' dokument PDF fl-Acrobat Reader DC għandhom kuluri differenti biex wieħed ikun jista' jiddistingwi malajr in-natura ta' dak il-markup.
Jista' jkun li tkun trid tbiddel dawn skont sistema personali li jkollok, jew għal xi raġuni oħra.
Hemm metodi varji ta' kif wieħed jista' jagħmel dan. L-aktar wieħed dritt huwa li tikklikkja bil-lemin fuq il-markup u tagħżel Properties.
L-għażliet mhumiex ħafna imma nistgħu nbiddlu l-kulur tal-markup billi nikklikkjaw fuq il-kulur u nagħżlu kulur ieħor mill-paletta li tinżel.
Metodu ieħor jagħtik il-faċilità li taqbeż minn tip ta' markup għal ieħor aktar malajr.
Mur fuq Menu > View > Show/Hide > Toolbar Items > Show Properties Bar
Din tiftaħlek kaxxa żgħira taħt it-Toolbars u turik il-properties kollha ta' dik il-markup li tkun qed taħdem fuqha.
Jekk umbagħad tikklikkja l-buttuna More, terġa' titla' t-tieqa tal-Properties. Minn hawn tista' tiddeċiedi li tħalli l-bidliet permanenti billi tittikkja l-għażla Make Properties Default.
Fil-parti li jmiss rigward il-qari tal-provi ta' dokumenti PDF se nibdew niddiskutu dawn il-faċilitajiet skont il-verżjoni Acrobat Reader XI (11).
Qari tal-provi ta’ dokumenti PDF
7: Ħassar tibdiliet li jkunu saru bir-Reader DC
Waqt li tkujn qed taħdem fuq dokument bl-Acrobat Reader DC jista’ jkun li jkollok bżonn treġġa’ lura xi tibdila li tkun għamilt. Huwa faċli ħafna li tħassar tibdila, u fil-fatt hemm aktar minn mezz wieħed biex tagħmel dan.
L-ewwelnett hemm il-panel fuq il-lemin tal-paġna, fejn għandek imniżżlin it-tibdiliet kollha li tkun daħħalt. Biex tħassar tibdila li tkun għamilt, sempliċement ikklikkja fuqha bil-lemin. Osserva li anki fit-test, il-marka ta’ dik it-tibdila tidher f’kaxxa b’linja miksura madwarha.
Mill-għażliet li jkun hemm ikklikkja Delete. In-nota ta’ dik it-tibdila titlaq mil-lista, u magħha jmorru wkoll il-marki li tkun żidt fit-test.
Mod ieħor kif telimina kumment jew tibdila hija billi tikklikkja bil-lemin fuq il-marka stess fil-paġna. Mill-għażliet li jinżlu agħżel Delete.
L-ewwelnett hemm il-panel fuq il-lemin tal-paġna, fejn għandek imniżżlin it-tibdiliet kollha li tkun daħħalt. Biex tħassar tibdila li tkun għamilt, sempliċement ikklikkja fuqha bil-lemin. Osserva li anki fit-test, il-marka ta’ dik it-tibdila tidher f’kaxxa b’linja miksura madwarha.
Mill-għażliet li jkun hemm ikklikkja Delete. In-nota ta’ dik it-tibdila titlaq mil-lista, u magħha jmorru wkoll il-marki li tkun żidt fit-test.
Mod ieħor kif telimina kumment jew tibdila hija billi tikklikkja bil-lemin fuq il-marka stess fil-paġna. Mill-għażliet li jinżlu agħżel Delete.
Fil-parti li jmiss se naraw kif inkunu nistgħu nibdlu d-dehra tal-marki fid-dokument.
Qari tal-provi ta’ dokumenti PDF
6: Żid test f’dokument bir-Reader DC
Jista’ jkun
hemm il-każ li jkollok bżonn iżżid test fid-dokument. Għal dan il-għan hemm
buttuna partokulari fir-Reader DC, Insert Text at cursor.
Tella’
d-dokument li trid taħdem fuqu fir-Reader DC.
Jekk
il-faxxa ta’ buttuni tal-Comment ma tidhirx, iftaħha.
Poġġi
l-cursor fejn trid iddaħħal it-test il-ġdid. Mill-faxxa tal-Comment, ikklikkja
l-buttuna Insert Text at Cursor. Se
tiftaħ kaxxa fejn tkun tista’ tittajpja t-text il-ġdid.
Bħas-soltu,
tista’ tara t-test malli tgħaddi l-cursor fuq il-marka (it-trijanglu) li jidher
fil-post fejn se ddaħħal it-test, kif ukoll fil-lista ta’ kummenti fuq il-lemin
tal-paġna.
B’din
il-funzjoni tista’ tgħid li koprejna prattikament kull għodda li għandek bżonn
fl-Acrobat Reader DC biex tagħmel qari tal-provi sewwa. Kif rajna, kull
funzjoni li nużaw bit-Track Changes u l-Comments fil-Microsoft Word stajna
nirrepetuha hawn.
Hemm aktar xi
ngħidu dwar l-Acrobat Reader DC: per eżempju kif inneħħu tibdiliet li nkunu
għamilna u anki d-dehra tal-buttuni fuq l-iscreen u l-immarkar tat-tibdiliet.
Fil-parti li jmiss se nħarsu lejn kif inneħħu tibdiliet li jkunu diġà saru.
Qari tal-provi ta’ dokumenti PDF
5: Ħassar test fir-Reader DC
Irridu niftakru li billi l-Acrobat Reader DC ma jaħdimx bħall-Microsoft Word, jekk ikun hemm xi test li hemm bżonn jitħassar, ma nistgħux sempliċement nagħżluh u nagħfsu t-tast Delete.
Li nistgħu nagħmlu huwa li ningassaw it-test li rridu jitlaq, biex wara l-klijent ikun jista' jħassru minn fuq is-sors oriġinali tad-dokument.
Dan huwa sempliċi ħafna, u nistgħu nagħmluh permezz tal-buttuna Strikethrough Text.
Tella' d-dokument li trid taħdem fuqu fir-Reader DC.
Jekk il-faxxa ta' buttuni tal-Comment ma tidhirx, iftaħha.
Ikklikkja darbtejn malajr fuq kelma biex tagħżilha.
Ikklikkja fuq il-buttuna Strikethrough Text (ir-raba' waħda mix-xellug fil-faxxa tal-Comment). Linja ħamra issa tidher fuq il-kelma.
Naturalment tista' tagħżel ittra waħda, frażi, sentenza jew paragrafu sħiħ bl-istess għan.
Tajjeb li wieħed josserva wkoll li jekk nikklikkjaw bil-lemin fuq il-kelma ngassata, għandna wkoll l-għażla Open Pop-Up Note. Hawnhekk inkun nista' nżid xi kumment jew ġustifikazzjoni għaliex dik il-parti għandha titħassar mid-dokument.
Din it-tibdila, bħall-oħrajn kollha, se tidher ukoll fil-lista tal-kummenti fuq il-lemin tal-paġna.
Fit-taqsima li jmiss se naraw kif inkun nista' nissuġġerixxi lill-klijent idaħħal test ġdid fid-dokument.
Li nistgħu nagħmlu huwa li ningassaw it-test li rridu jitlaq, biex wara l-klijent ikun jista' jħassru minn fuq is-sors oriġinali tad-dokument.
Dan huwa sempliċi ħafna, u nistgħu nagħmluh permezz tal-buttuna Strikethrough Text.
Tella' d-dokument li trid taħdem fuqu fir-Reader DC.
Jekk il-faxxa ta' buttuni tal-Comment ma tidhirx, iftaħha.
Ikklikkja darbtejn malajr fuq kelma biex tagħżilha.
Ikklikkja fuq il-buttuna Strikethrough Text (ir-raba' waħda mix-xellug fil-faxxa tal-Comment). Linja ħamra issa tidher fuq il-kelma.
Naturalment tista' tagħżel ittra waħda, frażi, sentenza jew paragrafu sħiħ bl-istess għan.
Tajjeb li wieħed josserva wkoll li jekk nikklikkjaw bil-lemin fuq il-kelma ngassata, għandna wkoll l-għażla Open Pop-Up Note. Hawnhekk inkun nista' nżid xi kumment jew ġustifikazzjoni għaliex dik il-parti għandha titħassar mid-dokument.
Din it-tibdila, bħall-oħrajn kollha, se tidher ukoll fil-lista tal-kummenti fuq il-lemin tal-paġna.
Fit-taqsima li jmiss se naraw kif inkun nista' nissuġġerixxi lill-klijent idaħħal test ġdid fid-dokument.
Qari tal-provi ta’ dokumenti PDF
4: Kummenti fir-Reader DC
Fit-taqsima ta’ qabel din rajna li hemm erba’ funzjonijiet importanti fil-grupp tal-Comment li jaqdu tajjeb lill-qarrej tal-provi fl-Acrobat Reader DC. Rajna fil-viċin kif inħaddmu l-funzjoni Add Note to Replace Text biex inkunu nistgħu nikkoreġu l-ortografija fit-test.
F’din it-taqsima se nagħtu ħarsa lejn funzjoni oħra: dik tal-Highlight Text. Din il-faċilità tista’ sservina bħall-Comments li nsibu fil-Microsoft Word. Hija simili ħafna għall-Add Note to Replace Text, imma minflok tingassa l-kelma jew frażi, tiżbogħha bħal highlighter biex tiġbed l-attenzjoni tal-qarrej. Tista’ tagħżel ittra waħda minn kelma, kelma sħiħa, frażi, sentenza jew saħansitra paragrafu sħiħ.
Tella’ d-dokument li trid taħdem fuqu fir-Reader DC.
Ara li l-faxxa ta’ għażliet tal-Comment qed tidher. Jekk le, segwi l-istruzzjonijiet li ddiskutejna fit-taqsima ta’ qabel biex iġġibha. Mod iktar faċli biex tibda taċċessa l-funzjonijiet tal-Comment hija billi tmur fil-menu View, tagħżel Show/Hide u tikklikkja Tools Pane (Shift+F4). B'dan il-mod ikollok lista ta' għodod fuq il-lemin tal-paġna. Tista' tiftaħ il-grupp tal-Comment minn hemm. Meta toħroġ mir-Reader u terġa' tidħol, it-Tools Pane tibqa' tidher.
Ikklikkja darba fuq il-buttuna Highlight Text. Din għandha xbieha ta’ highlighter, u hija t-tieni waħda mix-xellug fil-faxxa tal-Comment.
Kaxkar il-cursor tul l-ittra jew kelma li trid tiżbogħ. Din se tidher kollha bl-isfar. Għall-ħeffa tista’ tikklikkja darbtejn malajr f’nofs ta’ kelma biex tagħżilha kollha.
Fuq il-kelma l-magħżula, ikklikkja darba bil-buttuna tal-lemin, u mill-menu li jitfaċċa agħżel Open Pop-Up Note. Tinfetaħ kaxxa fejn tkun tista’ tittajpja l-kumment tiegħek.
Malli tikklikkja xi mkien ieħor fid-dokument il-kaxxa se tisparixxi, imma tista’ tara li barra mill-kelma miżbugħa se jkun hemm ukoll simbolu ta’ bużżieqa ċkejkna fil-bidu tat-test magħżul.
Biex tara l-kumment, mexxi l-cursor fuq din il-bużżieqa. M’għandekx għalfejn tikklikkja.
Naruralment, il-kumment jidher ukoll fil-lista fuq il-lemin tal-paġna.
Oqgħod attent għax din taħdem bħat-Track Changes tal-Mocrosoft Word. Osserva li l-buttuna Highlight Text tibqa’ mixgħula (ikkulurita). Jekk ma tridx tagħmel aktar kummenti fid-dokument, ikklikkja l-buttuna mill-ġdid biex tintefa (issir griża).
Fil-parti li jmiss naraw kif tingassa test mid-dokument.
Qari tal-provi ta’ dokumenti PDF
3: Ikkoreġi l-ortografija bir-Reader DC
Iftaħ ir-Reader DC u tella’ d-dokument li trid tipproċessa.
Fir-Reader DC il-funzjonijiet ewlenin li għandna bżonn bħala qarrejja tal-provi jinsabu fil-grupp tal-Comment. Dawn ma jidhrux mall-ewwel fuq il-faxxa ewlenija ta’ għażliet, u jkollna ntellgħuhom manwalment.
Ikklikkja t-tabella Tools. Din se turik ħafna funzjonijiet. Dawn il-funzjonijiet mhux kollha aċċessibbli bħal issa. Kull funzjoni għandha l-menu taħtha (Open/Add u Learn More). Dawk il-funzjonijiet li għandhom Add mhumiex installati fil-verżjoni tiegħek tar-Reader. Biex iżżidhom ikollok tħallas għas-servizz.
Fortunatament il-funzjonijiet li għandu bżonn il-qarrej tal-provi huma diġà installati.
Ikklikkja Open taħt is-simbolu tal-Comment (l-ewwel wieħed fil-lista). Mad-dokument issa se tara faxxa ġdida ta’ buttuni u kaxxa fuq il-lemin tal-paġna. Il-funzjonijiet li għandna bżonn qegħdin kollha f’din il-faxxa.
Nibdew billi nikkoreġu ortografija żbaljata.
Mill-faxxa ta’ buttuni tal-Comment, ikklikkja darba fuq il-buttuna bit-T maqtugħa u bużżieqa magħħa (Add note to replace text). Din hija l-ħames fil-filliera mix-xellug.
Il-kelma se tidher ingassata, bi trijanglu żgħir fuq wara. Se tinfetaħ ukoll kaxxa (pop-up note) fejn tkun tista’ tittajpja kumment jew il-kelma bl-ortografija kkoreġuta.
It-tibdila li tkun għamilt se tidher ukoll fil-lista ta’ kummenti fuq il-lemin tal-paġna.
Malli tikklikja xi mkien ieħor fuq il-paġna, il-kaxxa titlaq, imma xorta tkun tista’ tara n-nota jekk tpoġġi l-cursor fuq it-trijanglu wara l-kelma.
Mill-buttuni kollha li hemm fl-għażliet tal-Comment, x’aktarx se jkollok bżonn xi erbgħa biss. Il-buttuna Add note to replace text li użajna hawn fuq hija waħda minnhom.
Għalhekk il-buttuni li se jkollok l-aktar bżonn bħala qarrej tal-provi huma dawn:
Highlight text | |
Add note to replace text | |
Strikethrough text | |
Insert text at cursor |
Fl-eżampju t’hawn taħt nistgħu naraw ix-xogħol ta’ dawn l-erba’ funzjonijiet. Fit-tarf ta’ kull vers fejn hemm tibdila f’din l-istampa poġġejt il-buttuna użata. Innota wkoll li fuq il-lemin tal-paġna għandek il-lista tat-tibdiliet kollha. Ma’ kull nota għandek l-isem ta’ min ikun għamel il-bidla.
Kull funzjoni għandha l-mod tagħha kif tintuża. Fit-taqsimiet li jmiss se naraw kif tintuża kull waħda minnhom.
Qari tal-provi ta’ dokumenti PDF
2: Verżjonijiet tal-Acrobat Reader
F’din
it-taqsima se nħarsu lejn l-aħħar żewġ verżjonijiet tal-Acrobat Reader. Se
niddiskuti t-tnejn, mhux l-aħħar wieħed biss, għax l-aħħar verżjoni ma taħdimx
fuq il-Windows XP. Għalkemm din l-operating system m’għadhiex daqshekk komuni,
naf li għad hawn min għadu qed jużaha.
Adobe
Acrobat Reader XI (Windows XP, 7, 8 / Mac OS X Snow Leopard u ’l fuq)
L-Adobe
ddikjarat li se tibqa’ tissapportja din il-verżjoni sal-15 ta’ Ottubru 2017.
Dan ma jfissirx li l-programm installat fuq il-computer tiegħek mhux se jibqa’
jaħdem wara dik id-data: sempliċement l-Adobe ma tibqax toħloq upgrades għalih.
L-aħħar update li hemm fuq is-sit tal-Adobe (sakemm qed tinkiteb din il-posta)
huwa 10.0.16.
Jekk
tkun fuq Windows 10 u tipprova tmur fuq is-sit tal-Adobe biex tniżżel din
il-verżjoni, is-sit se jieħdok awtomatikament għall-verżjoni DC, billi dik hija
l-aħħar verżjoni għall-Windows 10, u bil-pulit ma jħallikx tniżżel ir-Reader XI.
Madankollu xorta waħda tista’ tniżżel u tnstalla din il-verżjoni billi ssibha
f’siti oħrajn (eż. FileHippo).
Biex
tniżżel l-Acrobat Reader XI għall-Windows
XP, 7, 8, 10: https://www.adobe.com/support/downloads/thankyou.jsp?fileID=5519&ftpID=5507
Jekk
dan ma jaħdimx fuq Windows 10 ipprova hawn: http://filehippo.com/download_adobe_reader/tech/
Adobe
Acrobat Reader DC (Windows 7, 8, 10 / Mac OS X 10.9, 10.10)
Illum
il-ġurnata bil-popolarità tal-kunċett tal-Cloud u dokumenti xxerjati, hemm
iktar enfasi fuq servizzi aktar milli
prodotti. Minflok tixtri u tinstalla
programm fuq il-computer tiegħek, tabbona għas-servizz u tpoġġi d-dokumenti
tiegħek fil-Cloud. L-Adobe ma naqsitx li taqbad dan it-trend, u l-aħħar
verżjoni tal-Acrobat Pro u r-Reader li ħareġ f’April tal-2015 huma mmarkati DC
(Document Cloud) appuntu għal dan il-għan. Meta tibda l-programm jassumi
awtomatikament li se tirreferi għal xi dokument li għandek fil-Cloud, imma
jagħtik ukoll iċ-ċans li tagħżel li ttellgħu minn fuq il-hard disk.
L-Acrobat
Reader DC tista’ tniżżlu minn hawn: https://get.adobe.com/reader/
Matul
dawn il-posti se niffoka l-ewwel fuq il-verżjoni DC. Fil-posta li jmiss se
nitkellem dwar il-funzjonijiet bażiċi li għandek bżonn biex tikkoreġi
l-ortografija ta’ dokument bir-Reader DC.
Subscribe to:
Posts (Atom)