Zip files fuq is-sit elettroniku

Xi wħud minnkom ġibduli l-attenzjoni li fajls tat-Taħriġ fil-paġna tal-materjal fis-sit elettroniku tal-kors ma kinux qed jiftħu għaliex il-kompjuter jgħid li huma perikolużi jew għandhom virus.


Dan jiġri speċjalment fuq kompjuters aktar riċenti minħabba s-settings tas-security u l-firewall. Fajls li għandhom l-extension .exe (bħalma kienu l-fajls li kien hemm fuq is-sit) huma awtomatikament meqjusin bħala perikolużi, u għalhekk il-kompjuter itella' messaġġ li javżak dwar dan. Ħafna drabi dan jista' jkun false positive (false alarm) - jiġifieri mhux neċessarjament veru li jkollhom virus.

Biex innaqqas minn dawn il-problem, biddilt is-sitema tal-fajls, u issa tistgħu tniżżluhom bħala .zip files minflok. Jidher li f'dan il-każ il-kompjuter ma jippanikkjax u jħallik tniżżilhom.

Ippruvajt dan b'erba' browsers differenti (Google Chrome, Microsoft Edge, Mozilla Firefox u Brave) fuq żewġ laptops u desktop (kollha b'Windows 10), u ma kellix problemi.

Fil-paġna tas-sit għandkom ukoll struzzjonijiet kif tiftħu ż-zip files.

Dawn il-problemi għandhom jogħsfru malli tkunu tistgħu taċċessaw il-VLE u tniżżlu l-fajls minn hemm.

Bħas-soltu, ikkuntattjawni jekk xorta jkollkom problemi.

No comments:

Post a Comment