F’din
it-taqsima se nħarsu lejn l-aħħar żewġ verżjonijiet tal-Acrobat Reader. Se
niddiskuti t-tnejn, mhux l-aħħar wieħed biss, għax l-aħħar verżjoni ma taħdimx
fuq il-Windows XP. Għalkemm din l-operating system m’għadhiex daqshekk komuni,
naf li għad hawn min għadu qed jużaha.
Adobe
Acrobat Reader XI (Windows XP, 7, 8 / Mac OS X Snow Leopard u ’l fuq)
L-Adobe
ddikjarat li se tibqa’ tissapportja din il-verżjoni sal-15 ta’ Ottubru 2017.
Dan ma jfissirx li l-programm installat fuq il-computer tiegħek mhux se jibqa’
jaħdem wara dik id-data: sempliċement l-Adobe ma tibqax toħloq upgrades għalih.
L-aħħar update li hemm fuq is-sit tal-Adobe (sakemm qed tinkiteb din il-posta)
huwa 10.0.16.
Jekk
tkun fuq Windows 10 u tipprova tmur fuq is-sit tal-Adobe biex tniżżel din
il-verżjoni, is-sit se jieħdok awtomatikament għall-verżjoni DC, billi dik hija
l-aħħar verżjoni għall-Windows 10, u bil-pulit ma jħallikx tniżżel ir-Reader XI.
Madankollu xorta waħda tista’ tniżżel u tnstalla din il-verżjoni billi ssibha
f’siti oħrajn (eż. FileHippo).
Biex
tniżżel l-Acrobat Reader XI għall-Windows
XP, 7, 8, 10: https://www.adobe.com/support/downloads/thankyou.jsp?fileID=5519&ftpID=5507
Jekk
dan ma jaħdimx fuq Windows 10 ipprova hawn: http://filehippo.com/download_adobe_reader/tech/
Adobe
Acrobat Reader DC (Windows 7, 8, 10 / Mac OS X 10.9, 10.10)
Illum
il-ġurnata bil-popolarità tal-kunċett tal-Cloud u dokumenti xxerjati, hemm
iktar enfasi fuq servizzi aktar milli
prodotti. Minflok tixtri u tinstalla
programm fuq il-computer tiegħek, tabbona għas-servizz u tpoġġi d-dokumenti
tiegħek fil-Cloud. L-Adobe ma naqsitx li taqbad dan it-trend, u l-aħħar
verżjoni tal-Acrobat Pro u r-Reader li ħareġ f’April tal-2015 huma mmarkati DC
(Document Cloud) appuntu għal dan il-għan. Meta tibda l-programm jassumi
awtomatikament li se tirreferi għal xi dokument li għandek fil-Cloud, imma
jagħtik ukoll iċ-ċans li tagħżel li ttellgħu minn fuq il-hard disk.
L-Acrobat
Reader DC tista’ tniżżlu minn hawn: https://get.adobe.com/reader/
Matul
dawn il-posti se niffoka l-ewwel fuq il-verżjoni DC. Fil-posta li jmiss se
nitkellem dwar il-funzjonijiet bażiċi li għandek bżonn biex tikkoreġi
l-ortografija ta’ dokument bir-Reader DC.
No comments:
Post a Comment