Issa li ħloqna
tabella għall-macros u mill-inqas grupp wieħed ma’ din it-tabella, wasal
il-waqt li npoġġu xi ħaġa fihom.
L-aħħar darba
rajna kif meta mmur fuq Customize the
Ribbon (ikklikkja bil-buttuna tal-lemin fuq parti miż-żigarella biex
tagħżilha), din tagħtini żewġ listi fuqhiex naħdem. Użajna l-lista ta’ fuq
il-lemin biex noħolqu t-tabella li semmejna MACROS.
1.
Jekk tixtieq toħloq eżatt
iż-żigarella kif qed nuri jien f’dan l-artiklu (Fig. 1) tista’ toħloq minn issa
erba’ gruppi f’din it-tabella. Kif tista’ tara jien qassamt il-macros skont
il-funzjoni tagħhom hekk: Tipa (macros li jimmaniġġaw il-fonts tal-Malti
l-antiki), Punteġġatura, Ortografija u Format. Naturalment inti tista’
tirranġahom kif ikun l-aktar komdu għalik.
Jekk tagħmel dan u
tiftaħ il-lista tal-MACROS fil-kaxxa tal-lemin għandek issibhom illistjati hekk
(Fig. 2):
Nota: Tippruvax tuża l-ittri
Maltin meta tagħti isem lill-gruppi u lill-macros għax ma jaħdmux tajjeb (eż. ‘Punteggatura’ minflok ‘Punteġġatura’).
2.
Issa ħa nħarsu lejn il-lista li
għandi fuq ix-xellug (Fig. 3). Fuqnett għandi Choose Commands from. Inniżżlu din il-lista u nikklikkjaw Macros. Issa se tidher il-lista sħiħa
tal-macros kollha li għandi maħżunin fil-Word (Fig. 4).
3.
Nikklikkja fuq l-ewwel waħda li
rrid inżid fit-tabella, pereżempju TIPAtornado2arius.
4.
Fil-lista l-oħra, nikklikkja fuq
l-isem tal-Grupp fejn irrid inpoġġiha, f’dan il-każ fil-Grupp tat-Tipa.
5.
Bejn iż-żewġ listi għandi
l-buttuni Add u Remove (Fig. 4). Nikklikkja fuq Add.
Issa nista’ nara
li l-macro żdiedet fil-Grupp tal-macros tat-Tipa.
6.
Nagħmel l-istess għall-kumplament
tal-macros li rrid inpoġġi fiż-żigarella.
Mela issa għandna
grupp ta’ buttuni għall-macros f’żigarella għalihom. Jekk nikklikkja fuq
it-tabella tal-MACROS issa se tidher iż-żigarella.
Mall-ewwel tista’ tara li
l-affarijiet mhux qed jidhru sbieħ ħafna, speċjalment għaliex l-isem ta’ kull
macro huwa twil. Għalhekk issa għandna bżonn inbiddlu ftit l-estetika wkoll.
Nixtieq li jkolli isem kull macro imqassar imma fl-istess ħin ċar biżżejjed biex jispjegali
l-funzjoni ta’ kull waħda. Nixtieq ukoll inbiddel l-ikona, jew l-istampa, ta’
kull macro biex jidhru ftit isbaħ.
Dan se nagħmluh
fil-posta li jmiss.
No comments:
Post a Comment