F’posti oħra f’dan il-blog tistgħu issibu noti dwar il-veduti tat-Track Changes (kif jidhru fuq l-iscreen) fil-verjoni 2010 tal-Word. Fil-verżjoni 2016 hemm xi kambjamenti żgħar li se nsemmi hawn.
Fost dawn hemm il-mod kif l-għażliet huma ppreżentati fil-menù, li jekk taqleb mill-verżjoni 2010 se ssibhom xi ftit strambi.
Se nibda l-ewwel billi niddiskuti l-għażliet tal-Markup. Fil-pavaljun ta’ dawn l-għażliet se ssib erbgħa, bħalma hemm fil-2010, imma fid-dehra jidhru differenti, u hemm għażliet ġodda filwaqt li oħrajn tneħħew. Madankollu, il-parti l-kbira tagħhom qed jirreferu għall-istess tipi ta’ veduti bħal f’tal-2010.
Fit-tabella t'hawn taħt qed inqabbel iż-żewġ gruppi.
WORD 2010 |
WORD 2016 |
Kummenti |
|
Simple Markup |
Din hija għażla ġdida li ma kinitx fil-Word 2010. It-tibdiliet ma jidhrux immarkati fil-balloons. Minflok, għandek linji ħomor fil-marġini tax-xellug tad-dokument f’kull vers fejn hemm tibdila. Il-kontenut huwa dak kif jidher fil-verżjoni finali. |
Final: Show markup |
All Markup |
Turik it-tibdil kollu bil-balloons fuq il-lemin. |
Final |
No Markup |
Turik kif se jkun id-dokument finali. Hija prattikament l-istess veduta bħas-Simple Markup, mingħajr il-linja fuq ix-xellug. |
Original: Show Markup |
|
M’hemm l-ebda verżjoni ta’ din l-għażla fil-Word 2016. |
Original |
Original |
Turik id-dokument kif kien qabel ma bdejt taħdem fuqu. |
Il-bidla ewlenija bejn iż-żewġ verżjonijiet hija kif tara d-dokument oriġinali. Hemm għażla waħda biss, mingħajr ebda markup. Id-dehriet l-oħra fil-Word 2016 juru dejjem il-bidliet li tkun għamilt, b’modi differenti.
No comments:
Post a Comment