Sunday, January 5, 2014

Tastiera virtwali tal-Malti għall-Android

Kif tniżżel u tinstalla l-app MultiLing Keyboard fuq smartphone tas-sistema Android
L-App MultiLing Keyboard hija programm żgħir li tista’ tinstallah fuq kwalunkwe apparat li jaħdem bl-operating system Android (smartphones u tablets). Dan il-programm jista’ joħloq tastiera virtwali li tinkludi fiha l-ittri tal-alfabett Malti. L-App hija bla ħlas u tista’ tniżżilha mill-Play Store.

1.      Mill-Home Screen agħżel Play Store.     
2.     Fil-kaxxa tas-Search ittajpja “multiling” u agħżel Enter.


3.     L-app MultiLing Keyboard għandha tidher l-ewwel fil-lista. Agħżel lilha.   
4.     Agħżel Install.


5.     Agħżel Accept
6.     F’qasir żmien l-app se tidher fil-Home Screen. Agħżilha.


7.     Se jidhru l-ewwel istruzzjonijiet. Ittappja fuq il-buttuna Don’t show this message again biex tixgħelha u OK.          
8.     Agħżel 1. Enable MultiLing.


9.     Biex tibda taħdem l-app kaxkar il-buttuna Off lejn il-lemin, sakemm tidher On.     
10.  Mur lura għall-iskrin ta’ qabel billi tagħfas il-buttuna tal-vleġġa fuq ix-xellug isfel nett tal-apparat (taħt l-iskrin). Minn hawn agħżel 2. Switch IME to MultiLing biex it-tastiera ta’ MultiLing tibda tidher minflok it-tastiera oriġinali tal-apparat.


11.   Mis-Select Input Method li jidher, agħżel MultiLing keyboard (are li l-buttuna tagħha tkun mixgħula).        
12.  Mur lura għall-menù ewlieni u agħżel Enable Languages. Ixgħel il-buttuna għal Maltese u itfi dawk ta’ lingwi oħra li m’intix biħsiebek tuża.


It-tastiera tidher kull darba li tkun trid tikteb xi messaġġ. Biex taqleb għall-Malti, mexxi subgħajk fuq l-ispacebar sakemm tidher Maltese fuqha. Meta tibgħat messaġġ lil xiħadd b'dan il-mod, il-persuna se taqra l-alfabett Malti anki jekk m'għandhiex il-MultiLing installata fuq l-apparat tagħha.

Kif iġġib l-ittri Maltin: l-ewwel metodu


13.  Biex tuża l-ittri Maltin, żomm subgħajk fuq l-ittra Ingliża u stenna sakemm tidher kaxxa bl-għażliet. Il-verżjoni tal-ittra Maltija għandha tidher fil-kaxxa tal-għażliet. Agħżel lilha.

Kif iġġib l-ittri Maltin: it-tieni metodu

14.  Agħżel l-ittra Ingliża u wara agħżel it-tast tat-tikka (fuq il-lemin tal-ittra L) jew l-overscore (fuq il-lemin tal-ittra P). Innota li dawn iż-żewġ karattri mhumiex punt (fullstop) u sing (hyphen).

Kif iġġib il-vokali aċċentati


15.  Ittajpja l-ittra li trid tiġi aċċentata.    
16.  Agħżel it-tast bin-numri 123 u x-xbiha tal-mikrofonu.


17.  Agħżel it-tast ALT.       
18.  Agħżel l-aċċent (it-tieni tast mix-xellug tal-ewwel filliera). L-ittra issa għandha tidher aċċentata.

F'posta li jmiss se nitkellem dwar tastiera virtwali simili għall-iPhone u l-iPad.


4 comments:

  1. Niżżilt it-tastiera tal-Malti fuq l-android imma lil min nibgħat l-sms għandu u m'għandux it-tastiera tal-multiling mhux qegħdin jaslu bil-fonts tal-Malti...x'inhi l-problema please?

    ReplyDelete
    Replies
    1. Doreen,

      Il-Multiling stjat nippruvaha fuq xi tlitt mudelli differenti ta' smartphones bl-Android, u kull darba li ppruvajtha ħadmet sew. Ta' min jgħid ukoll li persuni li kellhom dawn l-ismartphones lanqas kellhom bżonn jinstallaw il-Multiling - u ħadmet xorta.

      Għaldaqstant qed nissuspetta li x'aktarx il-mudell tal-ismartphone - jew il-verżjoni tal-Android operating system - li forsi huma r-raġuni tal-problema.

      Lil dawk il-persuni li nstallaw l-app imma xorta mhux qed jirċievu SMSs bil-Malti sewwa nissuġġerilhom jiċċekkjaw x'verżjoni ta' OS għandhom. L-ismartphone kemm hu antik? Jista' jkun li ma jiħux l-aktar OS reċenti - jew l-OS tiegħu mhix aġġornata għall-aktar waħda reċenti.

      Sfortunatament din hija l-unika raġuni li qed naħseb fiha.

      Delete
  2. Jiena l-ismartphone tiegħi huwa samsung galaxy s3 mini u anke pruvjat fuq samsung galaxy tablet li huwa iżjed antik minn tiegħi u bagħtuli sms bit-tablet u jiena xorta irċevejthom bis-sinjali flok maltese fonts. Jista' jkun għax jiena xħin mort infittex l-app kelli tnejn qishom l-istess u jien għażilt l-ewwel app kif kien hemm miktub issa nipprova nerġa nagħmel uninstall u nagħmel install l-ewwel waħda forsi taħdem hekk.

    ReplyDelete
  3. Grazzi tat-tagħrif Doreen. Napprezzaha jekk tibgħat tgħidilna kif tibqa'...

    ReplyDelete